Ix-Xiri ta’ Jott
Ix-xiri ta’ jott huwa responsabbiltà kbira kif ukoll proċess kumpless għall-ewwel xerrej ikun min ikun. Wara kollox, wieħed irid jirrifletti fuq bosta kriterji f’daqqa. Għal xi individwi t-teħid ta’ deċiżjonijiet isir fi kwistjoni ta’ ftit jiem filwaqt li oħrajn jeħtieġu xhur biex jiffinalizzaw l-għażliet taghħom. Ix-xiri ma jiddependix biss mill-finanzi weħidhom. Wieħed irid jikkunsidra wkoll il-kwalità u l-kundizzjoni tal-inġenju tal-ilma, il-perjodi taż-żmien tal-produzzjoni u t-tiswija, u dinamiċi addizzjonali mhux previsti li jistgħu jinqalgħu.
Bastimenti Ġodda Versus Bastimenti Użati
Jottijiet privati huma kklassifikati b’dan il-mod:
- Personalizzati
- Produzzjoni
- Nofshom personalizzati
- Użati
Meta jieħdu deċiżjoni, ix-xerrejja għandhom iqisu l-prezz tal-bastiment kif ukoll x’tirrikjedi l-manutenzjoni. Inġenji tal-ilma personalizzati ġodda huma pjuttost għaljin. Wara kollox, huma speċifiċi għall-klijent u l-aktar riċenti.
Vantaġġi u Żvantaġġi tas-Suq Sekondarju
Ix-xiri onlajn ta’ jottijiet tas-suq sekondarju jnaqqsu l-ispejjeż tax-xiri b’mod sinifikanti. Madankollu, żvantaġġ tax-xiri tas-suq sekondarju huwa l-ossidazzjoni tal-bastiment. Maż-żmien, il-jottijiet jiġu esposti għall-ilma li jista’ jwassal għall-ossidazzjoni tal-metall, jew għas-sadid. Barra minn hekk, tista’ tiżviluppa l-moffa. Għalhekk, wieħed għandu dejjem jispezzjona bastiment għal difetti li jidhru minħabba li kundizzjonijiet li jirriżultaw mis-sadid u mill-moffa jqassru l-ħajja ta’ bastiment tal-ilma. Madankollu, ħafna sidien ta’ spiss jissorveljaw l-istat u l-manutenzjoni tal-bastiment tagħhom. Sid kuxjenzjuż jista’ jipprovdi parir personalizzat kif wieħed għandu jsuq u jieħu ħsieb il-bastiment.
Vjaġġ Motorizzat versus it-Tbaħħir
It-tbaħħir bil-jott sar sinonimu mar-romantiċiżmu. Madankollu, il-popolarità ta’ dik l-immaġni naqset xi ftit matul is-snin. Minkejja l-maniġġabilità tan-navigazzjoni ta’ jott, jibqa’ l-fatt li huwa diffiċli tmexxi inġenju tal-ilma bħal dan mingħajr ħiliet speċifiċi u għarfien minn qabel. Għal dik ir-raġuni, jott imħaddem b’magna huwa aktar faċli għan-navigazzjoni u jgħaġġel aktar fl-ilmijiet miftuħa. Żvantaġġ wieħed hu li l-ispejjeż tal-manutenzjoni u ta’ kif se jiġi operat huma ogħla.
Użu Intenzjonat
Il-jottijiet jinqasmu f’4 kategoriji, li jiddependi mill-operazzjoni taż-żona tal-ilma:
- l-Oċeani
- l-Ibħra
- l-Ilmijiet ta’ Ħdejn il-Kosta
- l-Ilmijiet Interni
Bħala bejjiegħa bl-esperjenza ta’ jottijiet, nirrakkomandaw li l-ewwel il-baħħara novizzi jiddeċiedu liema żoni qed jippjanaw biex jinnavigaw fihom. It-tip ta’ vjaġġ li wieħed jieħu, jekk humiex vjaġġi qosra, kruċieri twal, jew vjaġġi f’territorji barra mill-pajjiż, huwa importanti. Xi wħud iridu jixtru jott mibni ġdid sabiex ikunu jistgħu jgħixu fih. Dawk li jieħdu deċiżjoni bħal din għandhom iqisu d-dimensjonijiet, il-kapaċità, u l-konvenjenza tal-bastiment.
Il-jottijiet Micro Class, ta’ mhux iktar minn 6 metri fit-tul, huma eċċellenti għal vjaġġi ta’ grupp għal tul ta’ żmien qasir. Dawn il-bastimenti żgħar huma konvenjenti minħabba t-trasportabbiltà tagħhom. Jott t’40 pied huwa aktar adattat għal kumpaniji akbar.
Xiri ta’ Jott u Profittabilità
Jott tajjeb jiswa lira. Madankollu, ix-xiri ta’ jott għali jġib miegħu dawn il-benefiċċji:
- Investiment tajjeb.It-tfaddil-li żżommhom fil-kontijiet jew id-dar ħafna drabi ma jrendix profitt. Min-naħa l-oħra, investiment għaqli jipprovdi lqugħ kontra l-inflazzjoni. Il-valur tal-ħajja tal-inġenji tal-ilma għandu tendenza jkun itwal minn dak tal-vetturi. Għaldaqstant, investimenti f’jottijiet jistgħu jġibu magħhom ħafna ferħ.
- Opportunitajiet ta’ vaganzi. Barra minn hekk, li wieħed ikollu jott ifisser aktar opportunitajiet ta’ rikreazzjoni. Fi kliem sempliċi, wieħed huwa liberu li jmur il-baħar meta jrid.
- Stil ta’ ħajja sana. Minħabba li xogħolhom fuq il-baħar, is-sidien tal-jottijiet iqattgħu aktar ħin fil-miftuħ, fejn dan isaħħaħhom u jżommhom b’saħħithom. Barra minn hekk, li wieħed ikollu bastiment huwa responsabbiltà kbira. Il-jottijiet jeħtieġu manutenzjoni kontinwa. Sid ma jistax jippretendi li joqgħod biss bilqiegħda u jirrilassa l-ħin kollu.
- Sħubija fi klabbs għal dilettanti tal-kruċieri. Hemm individwi li ma jistgħux jimmaġinaw ħajjithom mingħajr baħar. Kull sid ta’ jott ġdid isir membru ta’ din il-komunità akkoljenti. Is-sidien tal-jottijiet għandhom personalitajiet differenti bi prospetti uniċi lejn il-ħajja.
- Anti-dipressant b’saħħtu u personali. Waqt li wieħed ikun qed ibaħħar l-ibħra, il-problemi tiegħu jitħallew fuq l-art jew jitilqu mal-ilmijiet. Li wieħed ikun sid ta’ jott kuljum ikollu l-libertà.
Huwa pjaċir tagħna nassistuk fl-għażla tal-bastiment tiegħek. Wara kollox, il-motto tal-websajt tagħna jgħid li kulħadd jista’ jixtri jott!