Kien hemm żieda fl-għadd tan-nies li affordjaw vaganzi grandjużi. Minbarra esperjenzi f’żoni tipiċi, huma bosta dawk li jħobbu l-vaganzi li jippreferu kruċieri mal-kosta fuq jottijiet komdi.
L-iktar sinjuri fosthom xtraw il-jottijiet tagħhom stess u jistgħu jiddeċiedu huma meta u fejn se jbaħħru fuq il-bastimenti lussużi tagħhom. Oħrajn jiddeċiedu li jikru jott aktar milli jonfqu somma kbira fix-xiri. Madankollu, din l-għażla mhix l-agħar xenarju possibbli minħabba li jistgħu jaffordjaw ikollhom lussu ta’ kumdità. Huma xorta jistgħu jiddevertu iżda bi spiża moderata.
KEMM TISWA L-KERA TA’ JOTT?
Qabel ma tiġi eżaminata l-ispiża tal-kiri ta’ jott, wieħed għandu l-ewwelnett jeżamina xi tkopri l-kera ta’ jott.
AFFARIJIET LI JISWEW
Ikkunsidra dawn li ġejjin:
- Il-prezzijiet attwali għall-kiri ta’ jott, kemm jekk stabbiliti matul in-negozjati tal-bidu kemm jekk murija fuq il-websajts tagħna, jistgħu jinstabu fil-katalgu tagħna. Il-prezz jinkludi
– Il-kiri tal-jott
– L-assistenza waqt il-kiri
– Il-provvediment tal-ekwipaġġ
– L-assigurazzjoni tal-ekwipaġġ u l-bastiment
– L-irmiġġ f’marina tal-Istat jekk din tkun fuq ir-rotta.
Normalment il-prezz jiddependi fuq id-daqs tal-bastiment, il-faċilitajiet ta’ divertiment tiegħu, l-istaġun u kemm–il sena għandu. Iktar kemm l-inġenju tal-ilma jkollu snin fuqu u jkun żghir allura inqas tkun il-kera. L-istess jgħodd għall-kiri ta’ bastiment meta ma jkunx fl-istaġun tiegħu kif ukoll l-ibbukkjar minn kmieni. Ikun hemm prezz standard għall-kiri ta’ jott għal ġimgħa għall-kruċieri ta’ ġimgħa. Biex jiġi ddeterminat perjodu ta’ kera iqsar, sempliċiment iddividi l-prezz b’sitta u mmultipplikah bin-numru ta’ perjodi ta’ ġranet sħaħ li tixtieq tikri. Għal perjodi itwal minn ġimgħa, iddividi l-prezz b’sebgħa u mmultipplikah bin-numru ta’ ġranet sħaħ. Għaldaqstant, il-prezz tal-kiri ta’ ġurnata sħiħa jvarja fiż-żewġ każijiet. Id-differenza fil-prezz hi direttament proporzjonali għall-ammont ta’ xogħol involut għall-preparazzjoni ta’ bastiment. Il-membri tal-ekwipaġġ jagħmlu l-istess preparazzjonijiet kemm għal vjaġġ qasir u kemm għal vjaġġ twil. Barra minn hekk, il-prezz tal-kera jinkludi wkoll il-waqfien bejn iċ-ċarters.
- L-Infiq relatat jinkludi spejjeż ta’
– Fjuwil
– Provvediment għall-passiġġieri
– Xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku għall-mistednin
– Fjuwil għall-cutters u għat-tagħmir tal-ilma
– Noll biex taqsam il-kanal
– Port privat
– Londri
– Infiq personali tal-passiġġieri
Dawn l-ispejjeż jiġu kkalkulati fl-aħħar tal-vjaġġ. Faċilment tista’ żżid tletin fil-mija addizzjonali mal-ispiża tal-bidu.
- Il-VAT.
Il-biċċa l-kbira tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea lleġiżlaw VAT fuq il-merkanzija. L-ispiża tal-VAT tiddependi fuq it-tip ta’ vjaġġ u l-bandiera li l-bastiment qed ibaħħar biha. Bħala medja, l-ispiża tal-VAT iżżid minn għaxra sa għoxrin fil-mija addizzjonali mal-ammont tal-merkanzija.
- IT-TIPS GĦALL-EKWIPAĠĠ.
L-esperjenza rikreattiva perfetta tiegħek tiġi influwenzata mill-ekwipaġġ. Huma jieħdu ħsieb u jinnavigaw il-bastiment kif ukoll jipprovdu servizz sħiħ lill-passiġġieri. Waqt kruċiera, l-ekwipaġġ ikun għas-servizz tiegħek il-ħin kollu. Għalhekk it-tips huma prattika mistennija u komuni. It-tips standard ivarjaw ħafna. Fl-Ewropa, it-tips ivarjaw bejn ħamsa u għaxra fil-mija tal-prezz tal-kiri. It-tips huma ogħla fl-Istati Uniti u fil-Karibew. Wieħed huwa mistenni li jżid minn għaxra sa għoxrin fil-mija ’l fuq mis-servizzi standard.
- IR-RITORN LURA LEJN IL-PORT TAR-REĠISTRAZZJONI
Wieħed huwa liberu li jagħżel il-bastiment tiegħu kif ukoll ir-rotta. Jekk wieħed jiddeċiedi jħalli l-jott fi kwalunkwe post u mhux fil-port tal-imbark, allura stenna li tħallas l-ispiża sabiex tirritorna lura lejn il-port tar-reġistrazzjoni. Dan l-infiq jinkludi l-ispejjeż tal-fjuwil għar-ritorn lura u l-prezz tal-kiri għall-perjodu tal-ivvjaġġar irrispettivament jekk wieħed jirritornax lejn port tar-reġistrazzjoni jew jagħżel destinazzjoni oħra.
- ID-DEPOŻITU.
L-Għażla tal-baġit
Jekk ma tistax taffordja spejjeż ogħla, allura bastiment żgħir, 15-20 metru fit-tul, huwa għażla xierqa. L-ispejjeż fil-kiri ta’ jott iżgħar huma relattivament baxxi. Ġeneralment, ivarjaw minn 1,500 għal 5,000 Ewro fil-gimgħa. Peress li jottijiet iżgħar ikollhom ekwipaġġ nukleu – bejn membru u tnejn – l-ispejjeż huma wkoll iżgħar li jvarjaw bejn 150-200 Ewro kuljum. Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-ikel ivarjaw bejn 200-300 Ewro kull persuna. Spejjeż ekstra jżidu 50-100 Ewro addizzjonali għal kull passiġġier ukoll.
Il-Lussu jiswa flus kbar
Madankollu, jekk trid li l-vaganza tiegħek tkun kompluta sal-aħħar, tista’ tikri jott itwal. F’dan il-każ, il-prezz tal-kiri għal ġimgħa jvarja bejn 16,000 Ewro għal jott ta’ 20 metru meta ma jkunx fl-istaġun sa 600,000 Ewro għal jott ta’ 60 metru meta jkun fl-istaġun tiegħu. Barra minn hekk, stenna żieda ta’ spejjeż ekstra. Il-perċentwal tagħhom hu msemmi hawn fuq.
Issa li nafu x’għażliet hemm fil-prezzijiet wasal il-ħin li nikru jott!
ScanMarine TM (Cofrance SARL) hija l-aħjar għażla. Din hi l-aqwa sensara internazzjonali Russa u Ingliża minn Franza u għandha flotta enormi ta’ jottijiet. Tista’ tesplora x’għażliet hemm billi tara l-katalgu tagħna. It-tim tagħna jgħinek tagħmel l-aħjar deċiżjoni għall-jott bil-kumdità tiegħek u kemm trid tonfoq sabiex jagħmillek l-esperjenza rikreattiva tiegħek fenomenali.